Id-Detectives Ta' The Masked Singer Malta B'Ħalqhom Miftuħ Wara Li Qatt Ma Bassru Min Hemm Wara L-Kostum Tal-Bajtra!

The Masked Singer wasal fil-fażijiet finali. Ilbieraħ assistejna għas-semifinali ta’ dan il-programm, fejn il-karattru tal-bajtra ġie eliminat mill-kompetizzjoni. Il-karattru tal-Bajtra ma kien ħadd ħlief Gaia Cauchi, iżda d-detectives ma kellhomx ħjiel.

Id-detectives bdew jaħsbu li hi Megan May filwaqt li Amber baqgħet tinsisti li hi Maxine Pace. Ħadd ma qatgħa li kienet Gaia, minkejja li numru ta’ ħjiel kienu jindikaw li kienet hi. In-numru ħdax li ssemma kemm-il darba, hu numru assoċċjat ma’ Gaia minħabba li rebħet il-Junior Eurovision mill-pożizzjoni numru 11 u għandha l-kanzunetta 11:11.

Kien hemm ħjiel ieħor li kienet fi grupp, il-grupp li kienet fih meta kellha l-avventura f’X Factor tal-Ingilterra u hemm iltaqgħet ma’ Robbie Williams, kantant ta’ fama mondjali. Il-ħjiel tal-bombshell kien il-fatt li wieħed mill-eks għarajjes tagħha kien daħal bħala bombshell fit-tieni staġun ta’ Love Island Malta.

F’punt minnhom issemma’ wkoll il-farfett, Gaia għandha t-tpinġija ta’ farfett. Forsi b’hekk Amber tfixklet għax il-farfett huwa assoċjat ma’ Maxine minħabba l-wirja tagħha fl-aħħar Malta Eurovision li ħadet sehem fih.

Ir-reazzjoni tagħhom xħin feġġet Gaia minn wara l-kostum kienet unika. Erġa’ għixu dan il-mument hawn taħt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI