Id-Dinja Maħsuda Hekk Kif Imut Diego Maradona B'Attakk Tal-Qalb

Wara li fil-bidu ta’ Novembru kellu intervent l-ikona tal-futbol Diego Maradona kien qed jirkupra bil-mod il-mod. Sfortunatament għadu kif tħabbar li ħalliena wara attakk tal-qalb.

L-ex plejer ta’ 60 sena kien qed ibati minn għejja u ma kienx qed iħossu daqstant tajjeb. L-intervent li kellu aktar kmieni f’Novembru kien fil-moħħ u kollox kien jindika li sar b’suċċess. 

“Int se tkun etern f’kull parti tad-dinja tal-futbol,” iddikjara l-messaġġ li tħalla fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter. Id-dinja kollha għaddejja ssellem il-memorja tiegħu wara din l-aħbar kerha. Maradona kellu bosta suċessi fil-karriera fosthom meta kien għen lin-nazzjon tiegħu jasal għat-tieni finali konsekuttiva tat-Tazza tad-Dinja.

Kondoljanzi lill-familjari kollha, qraba, ħbieb u fanatiċi. Strieħ fis-sliem.

View this post on Instagram

A post shared by Diego Maradona (@maradona)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI