“Oħti L-Għażiża Għadha Kif Qalet ‘Iva’. Mar, Int Tispirani Kuljum” – George A. Camilleri

George Camilleri, ir-raġel ta’ Gillian Attard, illum qed jiċċelebra jum it-tieġ ta’ oħtu. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, hu esprima kemm jinsab kburi biha.

Hu kitbilha, “Oħti l-għażiża għadha kif qalet ‘Iva’. Mar, int tispirani kuljum, għalkemm taqtagħli qalbi kuljum ukoll! Int għaddejt minn żminijiet diffiċli ħafna imma dejjem irnexxielek toħroġ minnhom iktar b’saħħtek, iżjed ferħana, u iżjed determinate biex tkompli għaddejja. Nara kull ma rnexxielek tagħmel, kemm personalment u anke bħala tabiba, jagħmilni kburi ħafna nsejjaħlek oħti.”

Żied jgħid ukoll, “Illum, narak tant ferħana, se tibda dan il-kapitlu ġdid mal-persuna li tħobb, ifisser għalija iżjed milli nista’ nesprimi bil-kliem. Int jistħoqqlok kull ferħ! Inħobbok oħt!”

Ritratti:

Facebook / George A. Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI