Il-grupp letterarju Muża Karkariża sellem il-memorja ta’ Prof Charles Briffa, u fakkar poeżija minn tiegħu.
Kitbu, “Infakkru l-memorja għażiża ta' Prof Charles Briffa, li ħalliena bħal-lum sentejn. Il-memorja tiegħu tibqa’ għal dejjem f’qalbna. Jistrieħ fis-sliem.”
Poeżija ta' Profs. Charles Briffa (16.07.1951 -20.09.1924)
IMPITTER BIĊ-ĊPAR
“Uċuħ żgħar, tal-kbar jixhdu d-daħk jew l-għadab,
bilqiegħda mdawrin ma' mwejjed għajjura
imlewnin bil-fewġiet tat-tagħlim sfiq.
Min jisgħol bid-demm il-marda rrabjatata'
missieru, min id-daħka qarrieqa
t'ommu tkebbes in-nikta ta' ħajbura.
Fl-aħħar tal-klassi, magħluqa waħedha,
ħlewwa ta' tfajla tiċċassa lejn dinja
mhix tagħha, tħares lejn mappa miftuħa
li ma tagħti għal imkien, mappa kbira,
mappa li ma tfittex lil ħadd għajr ħajt
għax id-dinja tagħha d-dubbien ivenven
ma' rasha waqt li Dun Karm jidħol kiebi
b'univers ieħor jinstema' kattiv.
Sema ieħor xejn għajr il-firda t'ommha
li xebgħet bl-istess fil-moda taż-żwieġ.
X'toħlom mill-għawma fil-ġuf, ħuta ħajja?
X'tiftakar miż-żewġ kwiekeb malli xirfet
mill-għar kenni biex sploda d-dawl ma' wiċċha?
X'taħseb issa fuq il-matmura bnina?
Aħbilha 'l Dun Karm, eżempju ħażin.
Oħroġha mill-katakombi għall-ħdura
ħa taqbeż tiġri fil-letteratura
tal-għelieqi tistudja lsien ix-xemx
u ma tpittirx aktar futur biċ-ċpar.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Muża Karkariża