"Ġie Preżentat Is-Sandli Li Ddisinjajt U Ħdimt Fil-Fidda Bbanjata Fid-Deheb Għal-Istatwa Titulari Tal-Madonna Tal-Karmnu L-Fgura" – Gabriel Farrugia

Jumejn ilu, l-artist lokali Gabriel Farrugia, qasam ritratt tal-aħħar xogħol tiegħu. Hu kiteb, “Illejla ġie preżentat is-sandli li ddisinjajt u ħdimt fil-fidda bbanjata fid-deheb għal-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu l-Fgura.”





Gabriel iżid, “Grazzi lill-benefatturi Charles Bonello u Bernice Bonello u lill- Ron Cutajar u Lincoln Cowles talli avviċinawni għal dan il-proġett, tal-paċenzja u l-ħidma b’sinerġija tul din is-sena, b’ hekk irnexxielna nlestuh fil-ħin sabiex jitgawda mill-poplu tal-Fgura. Minn għada wieħed jista’ jgawdi dan x-xogħol mill-viċin fin-niċċa tal-istatwa sa nhar is-Sibt filgħodu.”

Hu jispjega, “Il-banju tad-deheb sar minn LSC QORMI Leo Scicluna. Grazzi dejjem lil Joseph Duca tal-pariri siewja tieghu. Grat li ġejt mqabbad għal dan l-proġett għal fatt li jien residenti ta’ dan ir-raħal. Is-Sibt li ġej waqt l-quddiesa tat-translazzjoni s-sandli jiġi mlibbes lill-istatwa.”

Prosit għal darb’oħra Gabriel! Biċċa xogħol mill-aqwa!



Facebook / Gabriel Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI