Dalgħodu għall-ħabta tad-09:15, il-kamra tal-kontroll tlal-Protezzjoni Ċivili rċeviet telefonata dwar żiemel żgħir li sab ruħu f'diffikultà. Iż-żiemel iż-żgħir kien qed jiġri ġo għalqa, fejn sofra waqa' kerha.
Iż-żiemel waqa' f'kanal ta' ilma fond, li kien wiesgħa biss 60 ċentimetru! Għall-operazzjoni ta’ salvataġġ ġew imsejħa l-Protezzjoni Ċivili Malta mill-istazzjonijiet tax-Xemxija u tal-USAR.
Il-Pony ġie salvat mingħajr periklu u sofra xi ġrieħi ħfief.