“Ma Tobsorx Li Ftit Qabel Kien Hemm Masses Kbar Ta’ Nies Jiċċelebraw… Ringrazzjament Speċjali Lill-Ħaddiema Kollha Ta’ Clean Malta” – Is-Sindku Jorge Grech

Clean Malta

Is-sindku Jorge Grech esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-mod kif ġiet organizzata l-ħidma tat-tindif wara ġimgħa mimlija marċi u ċelebrazzjonijiet, li ġibdu eluf ta’ nies fit-toroq u l-pjazez tal-lokalità.

F’kitba fuq il-midja soċjali, Grech qal li kienet “ġimgħa sabiħa ta’ marċi kbar”, u saħaq fuq l-ammont kbir ta’ nies li attendew għall-festi matul il-ġimgħa.

"Wara li eluf ta' nies ipakkjaw t-toroq u l-pjazez tagħna, immedjatament kuljum għamilna tindif u ħasil fl-isqaq ħin possibli. Inkluz wara l-marċ tal-bieraħ u illum, ma tobsorx li ftit qabel kien masses kbar ta' nies jiċċelebraw l-akbar festa."

Jorge ikompli, "Ringrazzjament speċjali lill-ħaddiema kollha ta’ Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division tax-xogħol tagħhom, lill-istabbilimenti u barijiet flimkien mal-għaqdiet mużikali tal-kooperazzjoni u kordinament."

Prosit kbira lil dawk kollha li jagħtu kontribut għal ambjent nadif.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI