Iħalluna Tnejn Oħra Bil-Covid-19 – Meta Se Jieqfu L-Imwiet?

Raġel u mara għadhom kif tilfu ħajjithom wara li ttestjaw pożittivi għal Covid-19. Dan ifisser li sfortunatament issa għandna 103 vittma tal-Covid-19.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li raġel ta’ 83 sena li ġie djanjostikat bil-virus fis-6 ta’ Novembru, miet tard it-Tnejn fl-Isptar Mater Dei.

Il-mara ta’ 70 sena ġiet iddijanjostikata fl-20 ta’ Ottubru u mietet it-Tlieta, ukoll f’Mater Dei.

Il-ministeru esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-familji taż-żewġ vittmi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI