“Iktar Kmieni Dalgħodu, Il-Protezzjoni Ċivili Ta’ Malta Irrispondew Għal Nar Strutturali Fl-Iklin” – Il-Protezzjoni Ċivili

Il-paġna uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta kitbet dwar nar strutturali fl-Iklin.

Kitbu, “Iktar kmieni dalgħodu, il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta irrispondew għal nar strutturali fl-Iklin. Kienet operazzjoni li nvolviet l-istazzjonijiet tan-nar numri 1,2,3,4,5 u 8. Il-pumpiera tan-nar ħadmu b’mod intensiv biex jikkontrollaw in-nar, biex jipprevjenu li jinxtered iktar.”

Żiedu jgħidu, “In-nar issa ġie kkontrollat. Il-pumpiera għadhom fuq il-post jagħmlu operazzjonijiet li se jnaqqsu r-riskju li jerġa’ jaqbad in-nar. Ħadd ma ġie rrappurtat imweġġa’.”

Ic-CPD rringrazzjaw lil diversi ħaddiema u voluntiera oħrajn li offrew l-assistenza tagħhom biex dan in-nar jiġi kkontrollat.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nirringrazzjaw lil kull min kien involut f’din l-operazzjoni.





Ritratti:

Facebook / Civil Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI