Is-Seminarju tal-Arċisqof sellmu l-memorja ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara u ppubblikaw messaġġ t’apprezzament lejh.
Fuq il-paġna kitbu, “llum il-Komunità tas-Seminarju sellmet għall-aħħar darba lil Mons. Dun Vinċenz Deguara. F’intervista fil-programm “Qalb in-Nies” fl-2001, Mons. Dun Vinċenz spjega r-rwol tiegħu bħala direttur spiritwali fis-Seminarju: ‘Jekk ikollok formazzjoni spiritwali tajba, inti tistudja mhux biex tagħmel karriera, imma biex tkun aktar addattat sabiex tgħin lin-nies jersqu aktar lejn Alla.’ ”
Żiedu jgħidu, “Żgur li ser jibqa’ jgħix fil-qalb tal-komunità, u li l-eżempju u tiegħu jibqa’ jħalli marka profonda fl-ispiritwalità ta’ tant saċerdoti, kemm preżenti kif ukoll futuri. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem; id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Is-Seminarju Tal-Arċisqof