“Nawguraw Lil Rev. Dun Franco Fenech, Kappillan Tal-Parroċċa Ta’ Marija Immakulata” – Parroċċa Marija Reġina Marsa

Il-Parroċċa Marija Reġina Marsa awgurat lil Rev. Dun Franco Fenech, għall-kapitlu l-ġdid tiegħu.

Fuq il-paġna uffiċjali kitbulu, “AWGURI. Nawguraw lil Rev. Dun Franco Fenech, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Immakulata, l-Ħamrun, li llum ser jirċievi l-investitura tieghu bħala Kanonku Onorarju tal-Proto Kolleġjata u Bażilika ta’ Sant’ Elena ġewwa Birkirkara. Fr. Franco huwa mrobbi fil-Parroċċa tagħna u għal żmien kien ukoll residenti fil-Kunvent tal-Patrijiet Kapuċċini. Nawgurawlu u nwegħduh it-talb tagħna!”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb għal dan l-unur kbir u nżommuh fit-talb tagħna biex ikompli bil-ħidma tiegħu f’isem il-Mulej. Nirringrazzjawh ta’ dak kollu li għamel fil-Parroċċa u mal-komunita` Nisranija.





Ritratti:

Facebook / Parroċċa Marija Reġina Marsa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI