"Iktar Ma Tgħajruni Iktar Nissaħħaħ, Żgur Li Żgur" – Zija TT

Iz-Zija TT donnha li għal darb’oħra spiċċat fil-mirja ta’ attakki fuqha, hi ħalliet post fuq il-midja soċjali sabiex tesprimi d-diżappunt tagħha iżda wriet ukoll li mhi ħa tħalli lil ħadd u xejn ma jwaqqafha.

Hi qalet, “Hawn biċċiet minn nies għax ikunu indannati bihom infushom jipprovaw jgħajru lil xi ħadd biex mingħalihom iweġġgħuni imma għandhom żball kbir għax iktar ma tgħajruni iktar nissaħħaħ, żgur li żgur… ijja żgur mhux se npaxxi lil ħadd għax kull filgħodu malli nqum ngħid grazzi lil Mulej u dejjem inkun ferħana imma nerġa’ ngħid il-persuni li jgħajruk ma jdurux dawra madwarhom u kieku żgur ma jgħajrux lil ħaddieħor. Ħa nieqaf hawn ħbieb tiegħi.”

Kuraġġ Zija TT! Ibqa’ dak li int u tiddejaqx titkellem f’ġieħ is-sewwa!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI