Minn studju li seħħ abbażi ta’ 700 persuna li l-età tagħhom tvarja bejn il-11 u t-93 sena, ħareġ li eżattament 51.1% tal-poplu Malti jħossu waħdu.
Skont l-istess studju, 46.3% tal-parteċipanti saħqu li regolarment jesperjenzaw solitudni moderata, 4.8% saħqu li jħossu solitudni estrema filwaqt li 48.9% oħra saħqu li ma jħossu l-ebda sens ta’ solitudni.
Minn dawk li stqarru li jħossu solitudni moderata kien hemm iżjed irġiel milli nisa filwaqt li minn dawk li qalu li jsofru solitudni estrema, l-maġġoranza tagħhom huma nisa.
L-istudju ġie mniedi mill-Professur Andrew Azzopardi u t-tim tiegħu bis-sapport ta’ The Alfred Mizzi Foundation.
Intom x’taħsbu dwar ir-riżultat ta’ dan l-istudju?
Ritratti: St Joseph Institute, Lotus Medical Centre u Wikipedia