Ilbieraħ tard filgħaxija, Luca Lorenzo qasam l-aħbar li ħalla din id-dinja In-Nepuċ. Luca jiddeskrivih bħala leġġenda u jikteb, “Il-Birgu tilef leġġenda iżda żgur naf li San Lawrenz qed jistenniek b’idejh miftuħin! Grazzi ta’ kollox li għamilt lill-kommunità ta’ Beltna! Strieħ fis-sliem Nepuċ.”
Jidher li l-aħbar kompliet tinxtered sew dalgħodu, il-ħabib tiegħu Karmenu Scicluna sellimllu fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu, “il-Birgu qam b’ħasda oħra, tlifna ċittadin onorarju għax qed ngħid hekk, Victor proprja minn Ħaż-Żabbar u l-Madonna tal-Grazzja dejjem f’qalbu kienet.”
Karmenu jkompli jgħid, “tista’ tgħid ħadem ma’ kulħadd… li trid kont insibu f’kollox fil-Knisja u miegħu kien jiġbor xi tnejn oħra, kien jinqala’ għal kollox u x-xogħol kien jidħollu.” Karmenu jżid li kellu għal qalbu l-familja kienet iebsa għalih meta tilef lil ibnu u familjari oħra.
Il-funeral ta’ Victor ħa jsir għada, it-Tlieta waqt il-quddiesa tat-08.30. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu u nitolbu għal ruħu!
Facebook / Karmenu Scicluna