L-attur Rudy Catania sellem lil missieru f’għeluq sninu permezz ta’ messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn esprima l-apprezzament tiegħu għall-valuri u l-prinċipji li għallmu matul ħajtu. F’messaġġ mimli mħabba u rispett li tella’ lbieraħ, Catania żvela li din mhix l-ewwel darba li qasam l-istess ritratt u kliem dwar missieru, iżda sostna li s-sentimenti tiegħu baqgħu l-istess matul is-snin.
“Happy Birthday Zaghzugh, 63 sena żagħżugħ,” kiteb Catania, qabel ma ddeskriva lil missieru bħala l-persuna li għallmitu l-valuri fundamentali tal-ħajja. L-attur spjega li mingħand missieru tgħallem il-valuri, il-prinċipji ewlenin, l-importanza li dejjem jagħmel dak li hu tajjeb, bil-kwalitajiet ta’ ġentlom u rispett lejn l-oħrajn.
Huwa saħaq li dawn il-lezzjonijiet ma jitgħallmux fl-universitajiet jew fil-kulleġġi, iżda jiġu mgħoddija permezz tal-eżempju ta’ nies straordinarji li jħallu impatt fuq il-ħajja ta’ dawk ta’ madwarhom. Catania temm il-messaġġ tiegħu b’dikjarazzjoni sempliċi iżda qawwija ta’ mħabba lejn missieru, akkumpanjata b’diversi qlub, bħala turija tar-rabta speċjali li għandhom bejniethom.
Awguri lil missieru Martin!
Facebook / Rudy Catania