Il-fatalitajiet tal-Covid-19 qed ikompli jiżdiedu. Kmieni dalgħodu Stephen Schembri sellem lin-nannu tiegħu, “Kont san u mimli ħajja … Il-Corona ħaditek ‘l bogħod minna” jikteb.
Stephen jgħid li n-nannu tiegħu kien jgħix il-ħajja b’ċertu umoriżmu, dejjem jitbissem, dħuli ma kulħadd imma mistħi. “Id-destin rrid li jien taqbadni l-Covid u ġimgħa u nofs wara taqbad lilek mill-isptar” jikteb Stephen. L-aħħar kliem li sema’ mingħand in-nannu tiegħu kienu biex jurih d-dar mixgħewla tal-MIlied … “u fl-aħħar għidtli ma nerġgħux niltaqgħu jien u int, qisu qalbek ħebritek!”.
Il-funeral ser issir fil-knisja parrokjali ta’ Ħal Tarxien fl-12:00. Strieħ fis-sliem għażiż!