“Dalgħodu Hekk Dħalt L-Iskola, Liebes Ta’ San Martin Riekeb Fuq Żiemel!” – Lelio Spiteri

Lelio Spiteri

Illum is-surmast maħbub Lelio Spiteri ddeċieda li jħejji dehra adattata għall-okkażjoni ta' San Martin. Qasam ritratt tiegħu liebes ta' San Martin fuq iż-żiemel.

"Dalgħodu hekk dħalt l-iskola, liebes ta' San Martin riekeb fuq żiemel! Grazzi lil tant nies li jieħdu ħafna paċenzja bija, fosthom Dr Pierre u Daniela Camilleri, Peppi, l-Għaqda Drammatika Għajnsielem, il-ħaddiema tal-iskola u lil Ms SonYa tar-ritratt sabiħ."

Bosta kkumplimentaw lil Lelio fil-kummenti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI