Il-Fan Vision Song Contest Se Jkun Qed Isir F'Malta Fi Tmiem Din Il-Ġimgħa – Skopri Min Se Jkunu L-Mistiedna Speċjali!

OGAE Malta fi tmiem il-ġimgħa li ġejja se tkun qed torganizza l-Eurovision Weekend, li se jattira numru ta’ kantanti u delgazzjonijiet biex jieħdu sehem fil-Fan Vision Song Contest li se jkun qed isir fit-Teatru Salesjan nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju.

Fuq il-paġna uffiċjali tal-avveniment huma jiktbu, “B’eċċitament kbir, qed inħabbru l-lista ta’ artisti mistiedna speċjali li se jdawlu l-palk tal-FANvision b’wirjiet spettakolari! Dan il-weekend, f’Malta, ser niċċelebraw il-mużika, il-passjoni, u l-ispirtu ta’ Eurovision b’dawn l-ismijiet li ħallew marka f’din il-kompetizzjoni.”



  • Sebastian Calleja – Rebbieħ tal-FANvision fl-2016
  • Grecia Bezzina – Rebbieħa tal-FANvision fl-2018
  • Martina Fenech – Rebbieħa tal-FANvision 2024
  • Claudette Pace – Rappreżentanta ta’ Malta f’Eurovision 2000



Huma jtemmu, “Kunu lesti għal spettaklu li ma jintesa qatt minn dawn it-talenti straordinarji! Il-FANvision se jkun ċelebrazzjoni ta’ emozzjoni, kreattività, u mħabba għall-mużika li jgħaqqadna lkoll.”

Din il-kompetizzjoni se tkun qed iseħħ f’pajjiżna wara r-rebħa ta’ Martina Fenech bil-kanzunetta Rise Like A Phoenix. Ir-rappreżentanta Maltija ta’ din is-sena hi Krista Sujak li se tkun qed tinterpreta l-kanzunetta It’s My Time

Awguri. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI