“Il-Fdalijiet Ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara Se Jiġu Mqiegħda F’Qabar Imħejji Apposta Fil-Kripta Tal-Knisja Arċipretali” – Parroċċa San Sebastjan Qormi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi sellmu l-memorja ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara kif ukoll taw informazzjoni għal dawk li jridu jtuh l-aħħar tislima.

Qalu, “Il-Parroċċa tħabbar li wara l-konsultazzjoni meħtieġa mal-Arċisqof f’isem il-Knisja f’Malta u l-awtoritajiet konċernati, għada, wara li tintemm iċ-ċelebrazzjoni tal-funeral u jsir il-korteo funebri, il-fdalijiet ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara se jiġu mqiegħda f’qabar imħejji apposta fil-Kripta tal-Knisja Arċipretali.”

Żiedu, “Għalhekk navżaw li l-Quddiesa tas-6:00pm ta’ nhar it-Tlieta 28 ta’ April se ssir fil-Kripta tal-Knisja Arċipretali f’għeluq il-ġimgħa mill-mewt ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara. Inħeġġu lil kulħadd jieħu sehem. Infakkru li llejla l-ġisem ta’ Mons. Dun Vinċenz Deguara jinsab espost għall-qima tal-pubbliku fil-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi sas-7:30pm. Fit-8:00pm, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb għas-saċerdoti u seminaristi fil-Knisja ż-Żgħira.”

Qalu wkoll, “Għada l-ġisem tiegħu jerġa’ jkun espost għall-qima tal-pubbliku bejn is-7:30am u l-11:30am biex imbagħad fit-3:00pm jsir il-korteo funebri sal-Knisja Arċipretali u ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fit-3:30pm. Ilkoll imħeġġa sabiex nitolbu għal ruħ Dun Vinċenz u issa nafdawh taħt il-ħarsien sigur tal-Madonna u tal-patrun tagħna San Sebastjan Martri waqt li jdaħħluh fis-Saltna tal-Missier fejn hemm jistrieħ għal dejjem fl-eternità.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI