Aġġornament mimli tama ġie mxerred fuq il-paġna Jasmine’s Journey, fejn il-familja ta’ Jasmine qed tkompli taqsam il-vjaġġ diffiċli iżda kuraġġuż tagħhom.
“Wara tliet ġimgħat ‘il bogħod mid-dar, il-Papà ngħaqad magħna waqt li nivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor għal trattament ġdid u promettenti għal Jasmine. Wara ħafna riċerka u konsiderazzjoni bir-reqqa, qed nittamaw li dan il-pass li jmiss jista’ jġib xi bidliet pożittivi għaliha.”
Il-kura mistennija tibda għada, u l-familja wegħdet li se tkompli taqsam aktar dettalji dwar dan il-vjaġġ fil-jiem li ġejjin. Minkejja l-isfidi, il-messaġġ tagħhom jibqa’ wieħed ta’ kuraġġ u ottimiżmu.
Fl-istess ħin, huma għamlu appell lill-pubbliku biex iżommu lil Jasmine fil-ħsibijiet u t-talb tagħhom.
Ara l-post bil-filmat HAWN