Il-Festival Ta' Drammi Qosra F'Bormla Ser Isir Ġewwa Minħabba T-Temp Previst

Tħabbar mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla flimkien mat-tim organizzattiv, biex din is-sena l-festival ta' drammi qosra jsir ġewwa. Dan minħabba l-previżjoni tat-temp, fejn jidher li se jkun imsaħħab b'ċansijiet ta' xita.

"Minflok jitħassar, 𝐢𝐥-𝐟𝐞𝐬𝐭𝐢𝐯𝐚𝐥 𝐬𝐞 𝐣𝐢𝐦𝐱𝐢 ġ𝐞𝐰𝐰𝐚 𝐟𝐢𝐥-𝐊𝐚ż𝐢𝐧 𝐁𝐚𝐧𝐝𝐚 𝐒𝐚𝐧 Ġ𝐨𝐫ġ 𝐮 𝐟𝐥-𝐔𝐧𝐢𝐯𝐞𝐫𝐬𝐢𝐭à 𝐀𝐦𝐞𝐫𝐢𝐤𝐚𝐧𝐚 𝐭𝐚’ 𝐌𝐚𝐥𝐭𝐚 biex l-udjenzi jistgħu jgawdu d-drammi ta’ din is-sena mingħajr il-ħsieb ta’ temp ħażin."

Il-kunsill jirringrazzja lill-entitajiet li aċċettaw li jospitaw dan l-avveniment tant mistenni u li jagħti tant esperjenzi u opportunitajiet.

Facebook/ Bormla Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI