Il-Forzi Armati Ta’ Malta B’Donazzjoni Ġeneruża Ta’ €44,776 Lil Puttinu Cares

Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) ġabru ammont sabiħ ħafna ta’ fondi għall-organizzazzjoni li tant tagħmel ġid ma’ min jiġi bżonnha. Fuq il-paġna ta’ Facebook kitbu “Il-Forzi Armati ta’ Malta bi kburija ppreżentaw donazzjoni ta’ €44,776.75 lill-Fondazzjoni Puttinu Cares.”

Spjegaw li “Din is-somma ġeneruża nġabret permezz ta’ diversi inizjattivi madwar ir-Reġimenti kollha tal-AFM, fosthom:
Il-Logħob Militari ta’ Malta
Bike Ride
Avveniment tal-pizza
Attivitajiet ta’ Team-Building
Bejgħ ta’ Figolli
Biljetti tal-kunċerti” 

Kitbu wkoll li bħala Forzi Armati se jibqgħu dejjem “dedikati biex jappoġġjaw kawżi ta’ karità u jagħmlu impatt pożittiv fil-komunità tagħna.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI