Il-fotografu Maltija Emma Tranter żvelat li ħadet ir-ritratt uffiċjali ġdid tal-grupp mużikali ‘Take That’, li issa qed jintuża b’mod internazzjonali biex jirreklama lil din il-grupp.
Ir-ritratt il-ġmiel tiegħu, b’kulur abjad u iswed, ittieħed f’Londra, u fih jidhru l-membri ta’ Take That li huma Gary Barlow, Howard Donald, u Mark Owen.
Hi rringrazzjat mill-qalb lit-tim ta’ Take That talli offrewlha l-opportunita`taħdem fuq dan il-proġett magħhom, “Grazzi kbira lit-tim ta’ TT talli stednuni nkun parti minn dan il-proġett tal-ġenn.”
Ninsabu kburin immens biha u ħerqanin biex naraw xi proġetti oħrajn eċitanti jkollha fil-futur, li jkomplu jagħtu isem lil gżiritna! Prosit immens Emma!
Facebook / Emma Tranter