Christa Cilia għal darb’ oħra qasmet mas-segwaċi tagħha ritratt ta’ Ġuża, kelba li sfortunatament bħalissa tinsab mitlufa u ilha aktar minn ġimgħa.
Qalet, “Għaddiet ġimgħa minn meta Ġuża ntilfet u s’issa ħadd ma qal li raha mkien. Qed jgħaddu l-ġranet u għad m’hemm l-ebda ħjiel fejn tista’ tkun. Għalhekk qed jgħaddi l-ħsieb li forsi xi ħadd sabha u żammha għandu. Jekk xi ħadd sab lil Ġuża u qed jieħu ħsiebha, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lis-sidien tagħha. Il-familja tagħha tridha lura d-dar.”
Żiedet, "Jekk rajtuha, jew tafu b’xi ħadd li seta’ sabha, jekk jogħġobkom ċemplu fuq:
7977 1997
7991 3427
Ħal Tarxien / Santa Luċija.”
Ixxerjaw dan l-artiklu forsi nkunu t’għajnuna!