Vibe FM Jintroduċu Programmi Ġodda Preżentati Fost L-Oħrajn Minn Jan U Kya!

Jan u Kya

Vibe FM iħabbru żewġ programmi ġodda. Qed ikomplu jkabbru l-iskeda tagħhom b’żewġ programmi ġodda li se jġibu magħhom vuċijiet friski, enerġija ġdida u dinamika differenti fil-line-up ta’ kuljum tal-istazzjon.

Fosthom hemm 10 to 12 preżentat Jan u Kya se jieħdu f’idejhom is-slot ta’ tard filgħodu bi programm ġdid, li se jlaqqa’ l-personalitajiet u s-sinerġija tagħhom b'mużika kontemporanja fuq Vibe FM.

Il-programmi ġodda huma parti mill-evoluzzjoni kontinwa ta’ Vibe FM, hekk kif l-istazzjon qed ikompli jiffoka fuq talent ġdid, formats differenti u line-up li jirrifletti l-enerġija u l-personalità tal-udjenza tiegħu.

“Ninsabu tassew eċitati li qed inġibu dawn iż-żewġ programmi ġodda fuq Vibe FM,” qal l-istazzjon, filwaqt li saħaq li Jan u Kya, kif ukoll Massimo, Ema u Juan, kull wieħed iġibu xi ħaġa differenti miegħu.

Il-programmi se jixxandru fuq Vibe FM, DAB+, Vibe.mt u permezz ta’ smart speakers.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI