Ilbieraħ, fil-Gudja u fuq il-mezzi soċjali, ġriet l-aħbar li ġiet nieqsa Jane Zahra Bilocca. Il-paġna lokali Malta, News, Photos & People qasmet il-kumment ta’ George Zahra, li jiġi ħu r-raġel, fejn kiteb, “Kif ħallejtna bla kliem għażiża Jane Zahra Bilocca. Konta mara li tħobb il-familja b’imħabba kbira, kif ukoll iż-żewġ uliedek u ħija kienu jħobbuk b’tant għożża. Kont irrispettata minn kulħadd. Strieħ fis-sliem sa ma nerġgħu niltaqgħu.”
Il-kantant lokali Kurt Cassar ukoll qasam ritratt ta’ Jane u sellem il-memorja tagħha, “Il-Gudja titlef mara ta’ vera u ruħ tajba. Kemm kont nieħu pjaċir meta naħbat miegħek ir-raħal. Mara umli u twajba mmens. Kont tgħaxxaq lil kulħadd bil-poeżiji u ħsibijiet profondi tiegħek. Maħsud. Strieħ fil-paċi għażiża b’qalb sabiħa Jane Zahra Bilocca u kondoljanzi lill-Familjari kollha.
Il-Paroċċa tal-Gudja stess qasmet din l-aħbar u qalet li l-aħħar tislima se tingħata proprju għada l-Ġimgħa. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil familjari ta’ Jane u nittamaw li jsibu l-kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli.
Facebook / Kurt Cassar