Il-kantant lokali Mark Micallef Costa qasam esperjenza personali fi vjaġġ lejn Għawdex, fejn kellu l-opportunità jkanta l-kanzunetta tiegħu Fuq Pultruna lil familja Għawdxija li hu ddeskriva bħala speċjali ħafna.
Fuq Pultruna li biha pparteċipa waqt it-tielet staġun ta’ Mużika Mużika, fejn apparti klassifika fuq quddiem, fil-ħames post, seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha minnufih.
Kien vjaġġ speċjali fejn il-mużika reġgħet uriet il-qawwa tagħha li tgħaqqad in-nies u twassal messaġġi profondi li jibqgħu.
“Bejn sema u ilma biex nasal Għawdex u nkanta Fuq Pultruna lil familja speċjali Għawdxija. X’saħħa għanda l-mużika! Grazzi ta’ kemm bqajtu tħobbu din il-kanzunetta, u ta’ kemm għamiltuha tagħkom.”
Mark Micallef Costa rringrazzja lill-pubbliku għall-appoġġ kontinwu li wrew lejn din il-kanzunetta, u esprima apprezzament kbir.
Facebook/ Mark Micallef Costa