L-impatt tal-vaċċin il-ġdida tal-Covid-19 se jibda b’mod sinifikanti matul is-Sajf (2021) u l-ħajja għandha terġa’ lura għan-normal sax-Xitwa tad-dieħla, qal wieħed mill-kreaturi tal-vaċċin, il-Professur Ugur Sahin, ko-fundatur ta’ BioNTech.
Il-Prof Sahin qal li huwa kunfidenti li l-vaċċin se tnaqqas it-trasmissjoni bejn in-nies kif ukoll se tiwaqqaf is-sintomi li jiżviluppaw f’xi ħadd li jkun ħa l-vaċċin.

Ritratt: Sky News
Huwa qal li l-impatt akbar se jiġri aktar tard, u żied jgħid: “Is-Sajf se jgħinna għax ir-rata ta’ infezzjoni se tonqos fis-Sajf u dak li huwa assolutament essenzjali huwa li jkollna rata għolja ta’ tilqim sal-Ħarifa / Xitwa tas-sena d-dieħla.”
Iżda xorta hemm xi inċertezzi kbar. Għad m’hemmx informazzjoni li turi kemm taħdem tajjeb il-vaċċin fuq dawk li l-aktar għandhom bżonnha – l-anzjani. U mhux ċar kemm tista’ ddum l-immunità. In-nies jista’ jkollhom bżonn boosters ta’ kull sena.