L-Air Malta kkonfermat li l-każ il-ġdid tal-lum tal-Covid-19 ġie minn titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Amsterdam. Il-każ ġie deskritt bħala wieħed importat, sporadiku u sintomatiku matul l-aħbar tal-lum.
Il-linja tal-ajru tirrakkomanda lill-passiġġieri kollha tagħha li jagħmlu test meta jirritornaw lejn Malta u wara din il-proċedura, passiġġier minnhom irriżulta pożittiv.
L-Air Malta tiddikjara li t-titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Amsterdam ma kinitx waħda mid-destinazzjonijiet tal-ajru li nfetħu fl-1 ta’ Lulju 2020. Bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin bil-contact tracing u l-ajruplan ġie wkoll sanitizzat.
Facebook / AirMalta