L-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa ta’ din is-sena għal darb’oħra wassal għall-qtil illegali ta’ diversi speċi protetti, hekk kif kaċċaturi approfittaw mill-passa tal għasafar minn fuq Malta fi triqithom lejn l-Ewropa kontinentali waqt l-istaġun miftuħ tal-kaċċa għall-gamiem u s-summien.
Filwaqt li l-passa tar-rebbiegħa bdiet bil-mod, b’numri u diversità baxxi ta’ speċi, l-inċidenti ta’ kaċċa illegali żdiedu, speċjalment matul l-aħħar ġimgħa u nofs tal-istaġun, li għalaq fit-3 ta’ Mejju.
Mill-inqas 14-il għasfur instabu b’feriti kkonfermati minn tiri ta’ senter, fosthom speċi protetti bħall-Ispanjulett, il Bagħdan Aħmar, il-Gamiema (li nqatlet illegalment qabel ma nfetaħ l-istaġun għaliha), il-Qerd in-Naħal, ild-Daqquqa Kaħla, id-Daqquqa tat-Toppu, is-Swejda Ċara, l-Agrett Abjad, il-Gallozz tat-Tikek, u l-Gallozz Aħmar.

Ritratt: Bee-eater_Qala Gozo (Qerd in-Naħal)
Fost il-vittmi ta’ dan l-istaġun hemm ukoll Spanjulett rijabilitat li kien instab milqut minn tir f’Ottubru u li nħeles wara l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa tal ħarifa, waqt attività pubblika fl-10 ta’ Frar 2026.
Minn dakinhar, l-għasfur tal priża kien qed iqatta’ x-xitwa fil-Miżieb, u kien hemm tama li seta’ jbejjet f’dawn l-inħawi.
Iżda t-tag tiegħu waqaf jitrasmetti minn fuq il-Miżieb fl għodwa tat-22 ta’ April 2026, minkejja li l-awtoritajiet u uffiċjali tal federazzjoni tal-kaċċaturi kienu infurmati bil-preżenza ta’ tajra tal-priża bit-tag fl-inħawi.
Għasafar oħra li nstabu fil-Miżieb fl-aħħar ġimgħat jinkludu Spanjulett u Gallozz tat-Tikek milqutin minn tiri, it-tnejn sabuhom persuni li kienu mexjin fil-masġar assoċjat ma’ attività ta’ kaċċa.

Ritratt: Hoopoe_Birżebbuġa (Daqquqa tat-Toppu)
Kif jiġri spiss waqt l-istaġuni tal-kaċċa tar-rebbiegħa, il-preżenza tal-infurzar titqies insuffiċjenti, bil-qtil ta’ speċi protetti jkompli mingħajr ma ħadd jinduna.
Dawn il-każijiet dokumentati huma biss indikazzjoni tal-iskala u l-intensità tal qtil illegali, li huwa ffaċilitat minn diversi lakuni legali u regolatorji li jippermettu l-kollezzjoni privata ta’ għasafar tal-passa protetti għal skop ta’ ibbalzmar.

Ritratt: Common Kestrel_Miżieb (Spanjulett)
Dan kollu qed ikompli jseħħ bil-barka tal-applikazzjoni ta’ deroga mid-Direttiva Ewropea tal-Għasafar, li minkejja proċedura ta’ ksur li għadha għaddejja, għadha ma wasslitx għal aktar azzjoni mid-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DG ENV) tal-Kummissjoni Ewropea.
Common Kestrel_Dwejra Gozo (Spanjulett)