Dun Roderick Baldacchino Ġie Magħżul Biex Iservi Bħala Kappillan Tal-Parroċċa Ta’ Marsaxlokk

Il-Parroċċa tal-Mosta rringrazzjaw lil Dun Roderick tal-ħidma tiegħu f’din il-parroċċa. Dun Roderick Baldacchino ġie magħżul minn Mons. Arċisqof ta’ Malta biex iservi bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Marsaxlokk.



Kitbulu, “Mons. Arċisqof Charles Jude Scicluna qed jafda l-Parroċċa tal-Madonna ta' Pompei M'Xlokk f'idejn Dun Roderick Baldacchino. Matul il-ħidma tiegħu fil-Parroċċa tagħna Dun Roderick kien involut ħafna fil-pastorali tal-Parroċċa, fost l-oħrajn mat-tfal, l-Abbatini, iż-Żgħażagħ u fl-Oratorju Qalb ta' Ġesu.  Filwaqt li nirringrazzjaw lil Dun Roderick tal-ħidma li wettaq fil-Parroċċa tagħna, nwiegħduh it-talb tagħna.”

Nawgurawlu mill-qalb għal dan il-kapitlu ġdid u nżommuh fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqu għal din ir-responsabbilita` ġdida.

Ritratti:

Facebook / Mosta Parish

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI