“Awguri F’Għeluq L-Erbgħin Sena Tiegħek Missier!” – Kate Lil Missierha

Iċ-ċkejkna Kate ddedikat messaġġ lil missierha f’jum għeluq sninu. Permezz ta’ dawn il-kelmtejn hi wriet kemm tapprezzah.



Kitbitlu, “Awguri f’għeluq l-erbgħin sena tiegħek missier! Illum ġurnata speċjali ħafna għax għalaqt erbgħin sena! Grazzi talli int l-ikbar eroj tiegħi. Grazzi talli ġġorni meta ma nkunx nista’ nimxi, talli tagħtini l-kuraġġ meta t-terapija tkun diffiċli, u talli qatt ma taqta’ qalbek minni, anke meta l-vjaġġ jinħass impossibbli.”

Żiedet tgħid, “Għalkemm ma nistax ngħidlek b’leħni stess kemm inħobbok, nispera li tħossha kull meta nitbissimlek, ngħannqek, u permezz ta’ kull tragward li niċċelebraw flimkien. Naf li toħlom bil-ġurnata li nimxu id f’id, u nagħtik il-kelma tiegħi, li se nkompli nipprova kull ġurnata bħal ma int qatt ma qtajt qalbek minni.”

Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI