Il-Kanċer Huwa “Vjaġġ Kiefer U Kattiv. Il-Biżà Tibqa’ Hemm” – L-Eks Sindku Tar-Rabat

Illum l-4 ta’ Frar huwa l-Jum Dinji Tal-Kanċer u l-eks-Sindku tar-Rabat, Charles Azzopardi, xtaq jaqsam erba’ kelmiet. 

“Mhux illum biss, imma dejjem niftakru f’dawk kollha li jgħaddu mill-marda tal-Kanċer.  Vjaġġ kiefer u kattiv. Anke meta persuna tgħaddi mill-proċess kollu biex tikseb il-fejqan, hemm bżonn ħafna imħabba, sapport u għajnuna.  Il-biża’ tibqa’ hemm.”





Fuq il-midja soċjali, hu kompla billi qal: “Aħna rridu nkunu viċin dawk familjari tagħna u ħbieb li għaddew minn dawn il-mumenti diffiċli. Permezz tagħna l-persuni jirbħu l-inċertezzi u jiksbu l-fiduċja lejn il-ġejjieni.  Inkunu aħna s-serħan tal-moħħ tagħhom.”



Prosit ta’ dawn il-kelmiet Sur Charles. Kull min jgħaddi minn dan il-vjaġġ jaf biss x’jiġifieri.

Facebook/Charles Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI