Il-Kantant Lokali Joseph Refalo Jiċċelebra Għeluq Sninu – Kemm Taħsbu Li Għalaq?

llum, 16 ta’ Frar 2026, nixtiequ nagħtu l-awguri tagħna lill-kantant lokali Joseph Refalo, li llum jiċċelebra għeluq sninu! Joseph, li twieled fl-1993 fir-Rabat, Għawdex u kiber fix-Xagħra, ilu jsegwi passjoni tiegħu għall-mużika għal bosta snin u kiseb rikonoxximent ma’ diversi wirjiet u festivals kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.



Infatti kellna ċ-ċans li naraw lil Joseph fil-Malta Eurovision flimkien ma’ Avenue Sky u bħala solist f’Mużika Mużika, L-Għanja tal-Poplu u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Kif jirrifletti hu stess, il-mużika kienet parti mill-ħajja tiegħu minn età żgħira, u biha jkompli jemmen fil-pożitività u fl-importanza li wieħed iżomm moħħu miftuħ għall-opportunitajiet kollha.



F’dan il-jum speċjali, nixtiequ lil Joseph aktar suċċessi mużikali, mumenti sbieħ ma’ dawk li jħobbu. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlek l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollok sena mimlija saħħa, hena u avventuri ġodda.



Ritratti:

Facebook / Joseph Refalo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI