Il-Kantanta Maltija Haley Azzopardi Ħabbret Li Kisbet Baċellerat Fil-Kummerċ Hekk Kif Temmet B’Suċċess Il-Kors Universitarju

Il-kantanta Maltija Haley Azzopardi qed tiċċelebra kisba akkademika importanti wara li gradwat b'Baċellerat fil-Kummerċ (Bachelor of Commerce), b'maġġuri fil-Banking, Finance and Investments kif ukoll fl-Insurance and Risk Management.

Fuq il-midja soċjali, Haley kitbet li dawn l-aħħar tliet snin kienu mimlija sfidi, tagħlim u esperjenzi li għenuha tikber kemm fuq livell personali kif ukoll akkademiku.

"Xi vjaġġ kienu dawn it-tliet snin. Ninsab grata għal kull lezzjoni, kull sfida u għal kull persuna li appoġġjatni matul dan il-perjodu, speċjalment lill-familja u lill-ħbieb tiegħi," stqarret il-kantanta.

Hija temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li issa tinsab lesta tibda kapitlu ġdid f'ħajjitha, filwaqt li kitbet "Tuna t-Toga".

Ritratti:

Fb/ Haley Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI