Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, John Bray Funeral Services ħabbru d-dettalji tal-funeral ta’ Jessica Camilleri li sfortunatament tilfet ħajjitha f’inċident sfortunat riċentament.
Huma qalu, “Nhar it-Tlieta, 21 ta Lujlu, nagħtu l-aħħar tislima lill-għażiża Jessica Camilleri fl-eta` ta’ 41 sena. Il-familjari u l-ħbieb huma mistiedna għall-quddiesa pràesente cadavere, fit-8:00, fil-Parroċċa Maria Addolorata, San Pawl il-Baħar. Il-Familjari jixtiequ, lil dawk li sa jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies ma jilbsux ilbies iswed u minflok fjuri jingħataw donazjonijiet lil Puttinu Cares. Ngħaddu l-kondoljanzi lil familjari u lil ħbieb. Strieħ fis-sliem, Jessica.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha.
Foundation for Social Welfare Services