L-ilbies fil-knisja huwa suġġett li ta’ sikwit ikun parti minn xi kontroversja. Hemm il-fehma li huwa nuqqas ta’ rispett jekk persuna tersaq lejn il-knisja b’ilbies mhux adattat, iżda jaf ikun hemm ċirkustanzi ulterjuri. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-saċerdot Dun Anthony Fitzpatrick qasam mas-segwaċi tiegħu silta mill-Bibbja kif ukoll messaġġ importanti li jirrigwardja dan is-suġġett.
“F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok” (Mt 11, 25-26).
Fejn kompla billi qal, “Mhux qed niġġustifika l-ilbies għall-Knisja, imma qabel il-ġudizzju forsi Alla dak il-ħin messlu qalbu! Jien u int inħalluH imiss il-qalb tagħna?”