Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati hekk kif ser jibdew xogħlijiet l-Mġarr f’Għawdex li jaf jaffetwaw lil passiġġiera li jagħmlu użu mill-Fast Ferry.
Huma qalu, “Infrastructure Malta tixtieq tinforma lill-pubbliku li x-xogħlijiet relatati mal-istruttura tal-canopies tal-Mġarr Fast Ferry fi Triq ix-Xatt, l-Imġarr (Għawdex), ser jibdew: L-Erbgħa 15 ta' Lulju 2026 sal-31 ta' Ottubru 2026. Matul dan il-perjodu, jistgħu jiġu introdotti miżuri temporanji għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, kif meħtieġ mix-xogħlijiet.”
Żiedu, “Il-passiġġieri li jużaw is-servizz tal-Mġarr Fast Ferry u l-membri tal-pubbliku huma ġentilment mitluba jsegwu s-sinjali temporanji kollha u l-istruzzjonijiet fuq il-post, u biex joqogħdu attenti waqt li jgħaddu miż-żona, peress li x-xogħlijiet se jkunu qed isiru biswit it-terminal tal-Fast Ferry waqt li s-servizz jibqa' operattiv. Niskużaw ruħna għal kwalunkwe inkonvenjent u nirringrazzjawkom tal-paċenzja u l-kooperazzjoni tagħkom.”