Il-Kantanta Tal-Finlandja Turi S-Sapport Tagħha Lil Miriana Conte Wara D-Deċiżjoni Tal-EBU

Kienu numru ta’ artisti kemm lokali u anke internazzjonali li urew is-sapport tagħhom lil Miriana Conte wara d-deċiżjoni li ħadet l-EBU riċentament fejn iddeċidew li l-kelma Kant ma tistax tintuża fil-kanzunetta ta’ Malta għal Eurovision 2025.

Fost dawn l-artisti kien hemm Erika Vikman li flimkien ma’ Miriana Conte hija fost il-favoriti mas-segwaċi. Hi qalet, “dejjem ser tkun Kant f’qalbna.” Dan għamlitu taħt il-kitba fuq Instagram fejn Conte żvelat id-deċiżjoni tal-EBU.

Bosta Maltin kienu rrabjati b’din id-deċiżjoni, fejn kelma Maltija qed tiġi ċċensurata sempliċiment għax teżisti kelma oħra b’tifsira differenti li hija offensiva ġewwa r-Renju Unit.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI