“Il-Kanzunetta Li Kont Iddedikajtli Bl-Isem ‘Mumenti Sbieħ’ Dejjem F’Qalbi U Hemm Se Tibqa’!” – L-Attriċi Lorraine DeGiorgio Ssellem Lil Zijuha

Lorraine DeGiorgio

L-attriċi lokali Lorraine DeGiorgio, li rajnieha fost l-oħrajn waqt F’Salib It-Toroq u It-Tfal, kitbet messaġġ għall-għażiż ziju tagħha, Mario Bonnici, li għadu kif ħalla din id-dinja.

Lorraine qasmet prestazzjoni li kien ta lura fl-1997 waqt il-festival Kliem u Mużika, bil-kanzunetta Mumenti Sbieħ. Tfisser ħafna għaliha din il-prestazzjoni, u ser tibqa’ f’qalbha.

“Strieħ fis-Sliem għażiż Uncle Mario. Il-kanzunetta li kont iddedikajtli bl-isem Mumenti sbieħ dejjem f’qalbi u hemm se tibqa’! Minn qalbi nagħti l-kondoljanzi lill-kuġin tiegħi, Bryn Manning. Il-funeral se jsir nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Frar fit-8.00 ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ Marija Reġina l-Marsa.”

Insellmu l-memorja ta’ Mario. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Lorraine, lil iben Mario, Bryn, u lill-familjari, qraba u ħbieb.







Ritratti:

Facebook/ Lorraine DeGiorgio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI