Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Malta rreġistrat 96 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li saru 3,049 test fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 132 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela' għal 7,297 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 2,076.
Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 9,501 każ u wettqet 419,020 test. Id-dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-każijiet se jingħaddu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li tul l-aħħar ftit sigħat mietu erba' persuni oħra bil-Covid-19, biex l-ammont ta' mwiet minn 128 issa tela' għal 132.