Malta rreġistrat 96 każ ġdid tal-Covid-19, skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, wara li saru 2,909 swabs fl-aħħar 24 siegħa.
Il-post innotat ukoll li “Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati. Mill-każijiet tal-bieraħ: 23 każ kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa qabel, 8 kienu kuntatti ta’ kollegi ta’ xogħol pożittiv, 9 każijiet kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi oħra, u 4 każijiet kienu minn laqgħat soċjali ma’ każijiet pożittivi oħra."
Il-gżejjer irreġistraw 128 irkupru ieħor, u t-total tal-irkupru tela' għal 8015 u n-numru ta' każijiet attivi niżel għal 2,034. Minn meta faqqgħetil-pandemija, Malta rreġistrat 10,197 każ u wettqet 436,377 test.