Il-Kulleġġ Santu Wistin sellem lil wieħed mill-edukaturi tiegħu wara tliet deċennji ta’ servizz dedikat, hekk kif is-Sur Stephen Ferrante temm l-aħħar ġurnata ta’ lezzjonijiet tiegħu fil-kulleġġ il-ġimgħa li għaddiet.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-kulleġġ esprima l-apprezzament tiegħu lejn is-Sur Ferrante għas-sehem u l-kontribut li ta matul dawn it-30 sena, li matulhom għen fil-formazzjoni edukattiva u personali ta’ ġenerazzjonijiet ta’ studenti.
“Il-ġimgħa li għaddiet, kienet l-aħħar ġurnata ta’ lezzjonijiet għas-Sur Stephen Ferrante wara 30 sena ta’ servizz fil-Kulleġġ tagħna,” kiteb il-kulleġġ, filwaqt li rringrazzjah għal dak kollu li wettaq matul il-karriera tiegħu.
Il-komunità edukattiva awguratlu wkoll mistrieħ mistħoqq hekk kif issa se jibda kapitlu ġdid f’ħajtu wara snin twal ta’ dedikazzjoni lejn l-edukazzjoni. Minn naħa tagħna, ningħaqdu fil-gratitudni lejn is-Sur Stephen Ferrante u nawgurawlu kull ġid għal din il-fażi ġdida tal-ħajja tiegħu.
Facebook / St Augustine’s College