Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom, l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena Birkirkara sellmu l-memorja ta’ Helen Galea u offrew il-kondoljanzi tagħhom lill-familjari u ħbieb tagħha.
Kitbu, “Il-Kumitat tal-Għaqda tagħna jixtieq iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba, familjari u ħbieb ta’ Helen Galea li marret tiltaqa’ ma’ Kristu Rxoxt. L-Għaqda tagħna tixtieq turi s-solidarjetà tagħha mal-Familja Galea b’mod speċjali lil Arthur & John Garage f’dan il-mument diffiċli.”
Żiedu jgħidu, “Il-Funeral tagħha ser isir nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Awwissu 2025, fis-Santwarju ta’ Santa Tereza, Birkirkara, fid-9:15am. Nitolbu lil Sant’Elena tilqagħha fi ħdana u twassalha għand Alla Missierna. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Inżommuha fit-talb tagħna, tistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara