Il-kumpanija lokali Stargate Studios Malta qasmet aħbar mill-aqwa. Dan hekk kif l-episodju ta’ Black Mirror li ħadmu fuqu, USS Callister – Into Infinity, ġie nominat għal Emmy Award – Outstanding Special Visual Effects In A Single Episode.
Stargate Studios Malta kellha rwol ewlieni minn wara l-kwinti, billi ħolqot uħud mill-effetti viżwali tal-għaġeb li taw il-ħajja lil din ix-xena fittizja. Tesprimi gratitudni lejn it-tim kollu mmexxi mis-supervisor Jonathan Caruana.
“Grati immens għat-tim kreattiv ta’ Black Mirror – Charlie Brooker, Josie Henwood u James MacLachlan, talli fdawna b’dan il-proġett għal staġun ieħor! Kien privileġġ assolut li naħdmu fuqu. Unur għalina li niġu rikonoxxuti għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħna. Ħerqanin għal-lejla l-kbira!”
Prosit kbira lil dawk kollha involuti!
Facebook/ International Emmy Awards