Sena wara l-oħra, il-Kunsill Lokali tal-Mosta jonora lil dawk il-Mostin li b'għemilhom ikunu taw servizz lis-soċjetà, billi jippreżentalhom unur magħruf bħala Ġieħ il-Mosta.
Il-Kuntistabbli Johann Vella kien fost dawk li lbieraħ ingħata dan l-unur tant prestiġjuż. Il-Kunsill Lokali Mosti faħħar "il-kuraġġ straordinarju, id-dedikazzjoni u s-sens qawwi ta' dmir" li dan l-uffiċjal tal-pulizija wera fl-iżjed mumenti diffiċli tal-karriera tiegħu.
Fil-fatt, il-Kuntistabbli Vella kien fost żewġ uffiċjali tal-pulizija li sfaw feruti fi sparatura li seħħet f'Lulju li għadda f'Ta' Giorni. B'xorti tajba, wara xi jiem jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei u wara li rċieva eluf ta' messaġġi ta' solidarjetà, il-Kuntistabbli beda l-proċess ta' rkupru u issa jinsab aħjar.
Facebook / Il- Kunsill Lokali tal-Mosta u Vel Joh