Malta għadha kif biddlet il-lista tal-ivjaġġar ambra tagħha, li fiha17-il pajjiż. Dan ifisser li kull min jivvjaġġa minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi t’hawn taħt għandu jippreżenta test negattiv tal-PCR COVID-19 imwettaq mhux aktar minn 72 siegħa qabel ma jasal Malta.
Vjaġġaturi li jaslu Malta minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi msemmija li jonqsu milli jipproduċu test bħal dan jistgħu jiġu sottomessi għal test f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.
Il-lista riveduta tal-pajjiżi tinkludi:
- L-Awstrija
- Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
- Il-Bulgarija
- Ir-Repubblika Ċeka
- Franza (l-ajruporti kollha)
- Il-Ġermanja (l-ajruporti kollha)
- L-Ungerija
- L-Irlanda (l-ajruporti kollha)
- L-Italja (l-ajruporti kollha ħlief Sqallija u Sardegna)
- Il-Lussemburgu
- L-Olanda (l-ajruporti kollha)
- Il-Polonja (l-ajruporti kollha)
- Il-Portugall (Porto)
- Spanja (l-ajruporti kollha)
- L-Iżvizzera (l-ajruporti kollha)
- It-Tuneżija
- Ir-Renju Unit (l-ajruporti kollha)
Dan l-avviż rigward il-lista riveduta ta’ pajjiżi għandu jidħol fis-seħħ nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru, f’nofsillejl.
Facebook/Malta International Airport