Il-Logħob Tal-Pajjiżi Ż-Żgħar Ġewwa L-Montenegro

Bħalissa fil-Montenegro għaddejja it-18-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar (XVIII EDITION GSSE). Dawn il-logħob li bdew nhar is-27 ta’ Mejju u jintemmu għada l-1 ta’ Ġunju, huma mxerrdin f’ibliet ta’ Budvar, Bar, Tivat, Cetinje u Podgorica.

B’kollox qed jieħdu sehem 9 pajjiżi, fosthom Andorra, Ċipru, l-Islanda, Liechtenstein, il-Lussimburgu, Malta, Monaco, il-Montenegro u San Marino. Fil-programm hemm 10 dixxiplini li jinkludu: Atletika, Għawm, Baskitbol, Ġudo, Sparar, Table Tennis, Tennis u Beach Volleyball.

Wara li sentejn ilu f’San Marino, il-Maltin rebħu 29 medalja, l-aspettattivi għall-atleti Maltin huma għoljin u hemm ċans li din is-sena jitjiebu. Bħalissa Malta tinsab fis-6 post flimkien ma’ Liechtenstein, bl-atleti Maltin irnexxielu jiksbu 24 medalja – 3 deheb, 10 fidda u 11 bronż. Ir-rebbieħa tad-deheb kienu Lisa Bezzina fil-5000m, Jordan Gusman fil-5000m u Eleonar Bezzina fit-10m Pistol

Gwida.mt jawgura lill-atleti Maltin li żgur għamlu u qed jagħlu ħilithom biex jiksbu l-aqwa riżultati mhux biss għalihom infushom imma għal art twelidhom – Malta!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI