Wara waqfa ta’ sentejn, il-Malta Eurovision ħa jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fis-sena 2022, u ħa jkunu qed jintagħżlu 22 semi-finalist li minnhom 16 isibu ruħhom fil-finali biċ-ċans li jtajru l-bandiera Maltija ġewwa l-Italja.
L-aħħar kantanta li rebħet dan il-festival prestiġjuż kienet Christabelle bil-kanzunetta Taboo li sfortunatament ma rnexxilix tgħaddi mis-semi-finali ta’ dik is-sena ġewwa Lisbona. Is-sentejn ta’ wara, ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta sab ruħu l-Eurovision, kampanja li kienet ta’ suċċess kemm għal Michela Pace u anke għal Destiny.
Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni dwar dan u aktar billi jidħol HAWN.