F'pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla jiġi ċċelebrat Jum il-Vitorja. F'din il-ġurnata l-poplu Malti jfakkar tlett avvenimenti li jilagħbu rwol importanti fl-istorja Maltija:
- Is-suċċess tal-Maltin sabiex jirreżistu lill-Ottomani fl-Assedju l-Kbir tal-1565;
- Ir-rebħa tal-Maltin fl-1800 meta megħjuna mill-Ingliżi rnexxielhom jwasslu lis-suldati Franċiżi mmexxija minn Napuljun sabiex iċedu l-armi u b'hekk dawn temmu l-ħakma kolonjali tagħhom f'Malta, kif ukoll;
- Il-mument meta t-Taljani ħabbru li se jċedu l-armi fl-1943 u għalhekk, fl-isfond tat-Tieni Gwerra Dinjija, waqqfu l-attakki tagħhom fuq il-gżejjer Maltin.
F'dan il-jum bosta ukoll ikunu qiegħdin jistennew sabiex tieħu l-ħajja t-tradizzjoni tar-Regatta fejn qaddiefa minn lokalitajiet diversi madwar Malta jikkompetu flimkien ta' kull sena sabiex ikunu huma li jiġu ddikjarati bħala ċ-champions.
Sena wara l-oħra, ir-Regatta tattira l-interess mhux biss ta' dawn il-qaddiefa li jkunu ilhom jippreparaw għal bosta xhur, iżda wkoll ta' bosta Maltin li jinġabru sabiex isegwu dan l-ispettaklu jieħu l-ħajja.
Facebook / Birżebbuġa Regatta Club u RefPro Refrigeration Ltd.